Ilbieraħ filgħaxija saret is-serata tal-għoti tal-unuri ta’ EquestriMalta. Matul din is-serata, bosta atleti li jikkompetu f’diversi dixxiplini fl-isport ekwestru f’Malta ġew rikonoxxuti għall-kisbiet tagħhom matul is-sena 2022 kif ukoll ingħataw diversi unuri li jirrikonoxxu l-karriera ta’ individwi li llum m’għadhomx attivi. It-tliet dixxiplini prinċipali matul din is-serata kienu ‘Show jumping and Dressage’, ‘Polo’ u ‘Trot’.
Fid-dixxiplina ‘Show jumping and Dressage’, Lisa Borg Cardona rebħet l-unur tal-aqwa sewwieqa żagħżugħa filwaqt li l-unur tal-aqwa sewwieqa ntrebaħ minn Sarah Ciliberti.
Fl-isport tal-‘Polo’, Martin Arrigo rebaħ l-unur tal-plejer tas-sena. F’dan l-isport ingħata wkoll unur ta’ rikonoxximent għall-karriera fil-‘Polo’ li ngħata lil George Lyttleton.
Finalment, is-serata għalqet bl-għoti tal-unuri fid-dixxiplina ‘Trot’. Hawnhekk, Dylan Baldacchino rebaħ l-unur tal-aktar sewwieq promettenti tas-sena u Cherise Farrugia rebħet l-unur tal-aqwa sewwieqa ta’ taħt il-25 sena. Bi statistiċi impressjonanti, is-sewwieq Rodney Gatt rebaħ l-unur tas-sewwieq tas-sena 2022. L-aħħar unur kien dak ta’ rikonoxximent għall-karriera leġġendarja f’dan l-isport li ntrebaħ mis-sewwieq veteran Raymond Clifton.
Tista tara is-serata fuq: https://tvmi.mt/episode/45826?fbclid=IwAR2M_p7bogEbbrAYq0W6We_TA2yOmJYhsV-BUk2G4FPJba149xMGjxA_3A0