Malta tirritorna bil-kbir fil-Kampjonat Ewropew għall-Apprentisti organizzat b’kollaborazzjoni ma’ l-Unjoni Ewropea tat-Trot. Ir-rebħa tall-ġerrej Malti inkurunat ġurnata mill-isbaħ għall-isport Malti speċjalment dak tat-iġrijiet taż-żwiemel.
Il-Malta Racing Club huwa onorat illi ġie fdat bl-organizzazzjoni ta’ dan il-kampjonat prestiġjuż, li jofri spazzju fuq livell internazzjonali lill uħud mill-aqwa talenti fost is-sewwieqa apprentisi taż-żwiemel. Wara li Malta diġa` ospitat dan l-avveniment lura fl-1993 u l-1995, l-aħħar parteċipazzjoni ta’ sewwieq Malti f’dan il-kampjonat kienet tmur lura għar-rebħa fis-sena 2000, meta l-ġerrej Għawdxi Tony Cauchi kien rebaħ l-edizzjoni ta’ dik is-sena f’Moska. Għaldaqstant, wara tant ħidma biex il-kunsill tall-Malta Racing Club assikura r-ritorn ta’ Malta f’dan iċ-ċirkwit, ma setax ikun hemm ritorn isbaħ minn dak illi jara s-sewwieq Malti Jean Claude Pace joħroġ rebbiegħ propju f’edizzjoni ospitata f’pajjiżna.
It-tlettax-il parteċipant tall-kampjonat saqu 4 tiġrijiet u Jean Claude Pace kellu wirjiet posittivi meta daħal fit-tieni post fl-ewwel tiġrija tiegħu fuq Flash du Condroz, sabiex wara jidħol fir-raba’ post fit-tieni tiġrija fuq id-debuttant Jakino. Dawn il-pjazzamenti mill-ewwel poġġew lill Jean Claude Pace fost il-ġerrejja bl-aktar punti, bil-pożizzjoni tiegħu tiġi konsolidata fil-kmand bi pjazzament ieħor fit-tieni post din id-darba fuq Fakir de Mone, f’tiġrija fejn safa’ mgħelub b’marġni zgħġir mill-avversarju tiegħu. L-aħħar tiġrija iddeċidiet l-klassifika ġenerali finali u għalkemm Jean Claude Pace f’din it-tiġrija daħal it-8 post fuq Epona du Buis, tella` biżżejjed punti sabiex iżomm l-kmand tal-klassifika b’punt, fuq l-eqreb rival tiegħu l-Irlandiż Jonathan Cowden. Il-ġerrej Irlandiż ukoll impressjona għaliex irnexxielu ukoll jirbaħ żewġ tiġrijiet fuq Imanol de Mongochy u Heros de Claivince filwaqt illi iż-żewġ tiġrijiet l-oħra intrebbħu minn Theo Briand għall Franza fuq Givre Nonantais u Jonas Steiner għall-Awstrija meta saq id-debba Idoline.
Il-Klassifika finali kienet hekk:
- Rebbieħ – Jean Claude Pace MALTA – 46 punt
- Tieni post – Jonathan Cowden IRLANDA – 45 punt
- Tielet – Jonas Steiner AWSTRIJA – 43 punt.